Frar tas-sena l-oħra, bin-nuqqas ta’ xita li kellu, kien imniżżel fir-rekords meteoroloġiċi bħala l-aktar Frar qoxqox sa mill-1923 ‘l hawn. Fl-istess waqt, Jannar kien aktar niexef mill-medja ukoll, b’kejl ta’ 0.6 millimetri ta’ xita minn total ta’ 386.9mm matul is-sena kollha, ċifra globali aktar niexfa aktar min-norma klimatika ta’ 567mm ta’ xita.
Settembru għamel tajjeb għan-nuqqas ta’ xita f’Jannar u Frar hekk kif irreġistra aktar minn terz tax-xita matul is-sena, b’kejk ta’ 121.2mm, l-akbar ammont ta’ xita għall-2020, skont statistika meteoroloġika maħruġa mill-Uffiċċju Meteoroloġiku fl-Ajurport Internazzjonali ta’ Malta għas-sena li għaddiet. Infatti minn 23 maltempata bir-ragħad u s-sajjetti rrappurtati fl-2020, 9 minnhom kienu osservati fid-9 xahar tas-sena.
Frar irreġistra ukoll il-veloċità massima għas-sena 2020 ta’ 50 knot mill-Majjistral kwarta Punent, filwaqt li Diċembru kien aktar mirjieħ milli mistenni, b’veloċità medja ta’ 10.4 knots flok in-norma klimatika ta’ 9.1 knots.
Lulju kien l-aktar xahar xemxi tas-sena b’365.6 sigħat xemxin irreġistrati fost 3033.6 siegħa ta’ xemx fl-2020, iżda Awwissu kien l-aktar xahar sħun tas-sena, b’19-il jum li fihom it-temparatura tal-arja qabżet it-temperatura massima medja għax-xahar ta’ 31.7 grad celcius.
Filfatt, it-temperatura massima tal-2020 intlaħqet fil-15 t’Awwissu ta’ 38.7 grad celcius, filwaqt li l-aktar temperatura baxxa ġiet irreġistrata kienet f’Jannar ta’ 5.1 grad.
//= $special ?>