Ambjent Kultura Lokali

Ftehim ta’ kollaborazzjoni bejn Ambjent Malta u Heritage Malta

Masġar taż-żebbuġ ta’ żmien ir-Rumani fil-Bidnija ser ikun qed jiġi protett wara ftehim ta’ kollaborazzjoni bejn Ambjent Malta u Heritage Malta li ġie ffirmat fl-aħħar sigħat.

Dan il-ftehim se jaċċerta l-protezzjoni u ż-żamma ta’ masġar ta’ importanza sinifikanti fil-Bidnija. Dan meta s-siġar f’dan il-masġar għandhom madwar 1,800 sena.

Il-Pjan ta’ Konservazzjoni jinkludi numru ta’ miżuri dettaljati li jridu jiġu indirizzati minn Ambjent Malta u Heritage Malta. Dawn il-miżuri jinkludu ż-żbir ta’ siġar minn ġardinara kwalifikati u process ta’ ittestjar li se jsir għal marda li hija ta’ theddida serja għal dawn is-siġar taż-żebbuġ.

Fil-post se jsir ukoll tħawwil ta’ dawn is-siġar taż-żebbuġ, l-installazzjoni ta’ kameras tas-CCTV, miżuri għat-tifi tan-nar, u r-restawr ta’ ħitan tas-sejjieħ li jinsabu fl-akwata.

Ritratt: DOI