Il-Magistrat Mars-Anne Farrugia kkundannat raġel ta’ 34 sena mill-Ġorġja 17-il xahar ħabs wara li ammetta li seraq flus kontanti minn ristorasnt f’San Pawl il-Baħar.
Giorgi Kvinikadza magħruf ukoll bħala Giorgi Gvaladze minn Kutaisi ammetta l-akkużi kollha miġjubin kontrih dik li fis-7 ta’ Ottubru li għadda għall-ħabta tal-5:00am mir-ristorant Nine Lives ikkommetta s-serqa.
Minbarra flus kontanti huwa ammetta wkoll li seraq flixken tax-xorb alkoħoliku, għad-dannu tal-kumpanija SRGN u li fl-istess data, post, ħin u ċirkustanzi, kkaġuna ħsara volontarja għad-dannu tal-istess kumpanija.
Ammetta wkoll li jumejn wara, jiġifieri fid- 9 ta’ Ottubru 2020 għall-ħabta tal-5.30pm. f’San Pawl il- Baħar stess kellu fil-pussess tiegħu d-droga kokaina u li sar reċidiv.
Fil-fatt fl-2016 huwa kien instab ħati li vvjaġġa permezz ta’ viża falza u kien ngħata sentenza sospiża. Huwa kien mar lura pajjiżu u reġa’ ġie Malta b’isem differenti.
Il-Qorti kkundannatu wkoll iħallas is-somma ta’ €1,331 lil kumpanija SRGN bhala kumpens ghad danni li sarru minnu stess. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Godwin Scerri.
//= $special ?>