Coronavirus Lokali

Il-Covid iħalli vittma oħra f’pajjiżna

Il-Ministeru għas-Saħħa kkonferma li raġel ta’ 74 sena miet waqt li kien pożittiv għall-Covid-19. Dan ifisser li issa t-total ta’ fatalitajiet jammontaw għal 228.

L-aħħar vittma kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-20 ta’ Diċembru. Hu miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.  

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjan, appella biex nibqgħu viġilanti u nosservaw il-miżuri kollha ta’ prevenzjoni, hekk biss nistgħu nipproteġu lil dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna.