Internazzjonali

Il-Kungress jikkonferma r-rebħa ta’ Joe Biden

Ftit tal-ħin ilu, il-Kungress Amerikan ikkonferma r-riżultat tal-elezzjoni Presidenzjali ta’ Novembru li għadda, u l-vot tal-Kulleġġ Elettorali. B’hekk, issa hija uffiċjali li Joe Biden se jibda l-Presidenza tiegħu fl-20 ta’ Jannar li ġej meta ssir l-Inawgurazzjoni.

It-tħabbira tal-konferma ta’ Joe Biden saret fil-Kungress stess minn Mike Pence u Nancy Pelosi.

Tard ilbieraħ bil-lejl dan ir-riżultat tal-Kulleġġ Elettorali kien qed jiġi kontestat minn nurmu ta’ dimostranti li invadew il-Capitol ta’ Washington. Fl-irvellijiet saħansitra mietu 4 persuni.