Għawdex Lokali

Imut Paul M. Cassar eks Sindku tar-Rabat Għawdex

Illum tħabbret il-mewt ta’ Paul M. Cassar, li kien Sindku tar-Rabat f’Għawdex f’isem il-Partit Nazzjonalista bejn l-2000 u l-2003.

Paul Cassar kien ukoll Kap tal-Librerija ta’ Għawdex mill-1952 sal-1994. Huwa kien involut f’diversi organizzazzjonijiet Għawdxin, b’mod partikolari fis-Soċjetà Filarmonika La Stella.

Ftit tal-ġimgħat ilu huwa kien nieda ktieb dwar l-istorja tat-Teatru Astra.

Net News iwassal il-kondoljanzi lill-qraba ta’ Paul M. Cassar.