Sport Sport Ieħor

Is-sena 2020 tagħlaq fuq nota pożittiva għal numru ta’ studenti tal-Kung fu

Minkejja l-isfidi kbar li ġabet magħha s-sena li għaddiet, il-Malta Self-Defence Academy rnexxielha ttellgħa numru ta’ eżamijiet fil-Mon Lung Kung fu għal numru ta’ studenti matul ix-xahar ta’ Diċembru.

Minkejja li l-attendenza kienet ristretta, xorta kien hemm atmosfera pożittiva, bl-istudenti jkunu eżaminati fuq it-teorija u anke l-prattika. L-istudenti wrew it-teknika tagħhom li tvarja minn ‘kicks’, ‘hand strike’ u ‘blocks’ kif ukoll movimenti ta’ ġlied koreografiku.

Fi tmiem l-eżamijiet, Sifu Mark Spiteri ppreżenta ċ-ċertifikati u ċ-ċintorini lill-istudenti kollha. Il-Malta Self-Defence Academy issa qed tilqa’ studenti ġodda li jixtiequ jingħaqdu fi klassijiet tal-Kung fu immirati għal Beginners (tfal u adulti) li se jibdew minn dan ix-xahar.

L-istudenti li għamlu suċċess f’dawn l-eżamijiet kienu:

Ċintorin Isfar– Moussa Balde, Jack Zarb, Nicole Zahra, Hannah Zahra, Maresca Demanuele, Ianis Gabriel Avramescu
Ċintorin Oranġjo – Gian Luca Pullicino, Alfred Pullicino
Ċintorin Aħdar – Daniel Galea, Jana Formosa, Nicole Formosa