Futbol Sport

Jean Paul Farrugia jirbaħ l-unur tal-plejer tax-xahar

L-attakant internazzjonali Malti ta’ Sliema Wanderers Jean Paul farrugia rebaħ l-unur tal-BOV Plejer tax-Xahar għal Novembru 2020.

Farrugia li għandu 28 sena kellu staġun pożittiv ħafna u għen lil Sliema fil-mixja tagħhom lejn il-postijiet tal-quċċata tal-Kampjonat BOV Premier sa issa. Fix-xahar ta’ Novembru Jean Paul Farrugia skorja żewġ gowls fir-rebħa ta’ Sliema kontra Balzan filwaqt li skorja doppjettta oħra fit-telfa li ġarrbu kontra Gżira United. Farrugia skorja ukoll penalty fir-rebħa 4-1 li Sliema kellhom kontra Lija Athletic.

Il-preżentazzjoni tal-unur saret mis-Sliema Branch Manager tal-Bank of Valletta Bernard Azzopardi fil-preżenza tal-Viċi President tal-Malta Football Association Dr.Matthew Paris, qabel il-partita ta’ Sliema kontra Mosta. Il-plejer għażel lill-Istitut tal-Orsolini sabiex jibbenifikaw mid-donazzjoni marbuta ma’ dan l-unur.