Futbol Sport

Karim Benzema mistenni jitressaq il-qorti fil-jiem li ġejjin

(Ritratt: EPA)

L-attakkant ta’ Real Madrid, Karim Benzema mistenni jitressaq il-qorti fil-jiem li ġejjin wara li allegatament kien involut f’reat fejn ħallas individwi sabiex jitolbu flus lill-eks sieħbu fit-tim Franċiż Mathieu Valbuena, b’Benzema jhedded lil Valbuena li jippublika filmat intimu ta’ Valbuena waqt li kien ma’ mara.

Dan il-każ imur lura għall-2015 fejn minn dakinhar, Benzema ma lagħabx aktar għal Franza. Benzema skorja 261 gowl għal Real Madrid minn meta ssieħeb magħhom fl-2009. Hu u Valbuena kienu flimkien mat-tim nazzjonali ta’ Franza u kienu parti mill-iskwadra tat-Tazza tad-Dinja tal-2014.