Futbol Sport

Manchester United jakkwistaw lil Amad Diallo

Manchester United ħabbru uffiċjalment l-akkwist tal-attakkant mill-Kosta tal-Ivorju, Amad Diallo.

L-akkwista ta’ Diallo mingħand Atalanta huwa l-ewwel wieħed għal Manchester United f’dan is-suq tat-trasferimenti, bl-attakkant ta’ 18-il sena jiffirma għas-somma ta’ €25 miljun u €15-il miljun oħra f’bonus. Diallo ffirma kuntratt ta’ erba’ snin u nofs b’għażla li jiġġeded il-kuntratt tiegħu b’sena.

Fl-ewwel kummenti tiegħu Diallo qal li din kienet ħolma li saret realtà u qal li din l-esperjenza se sservi biex ikompli jitgħallem mingħand plejers ta’ esperjenza internazzjonali.