Coronavirus Futbol Sport

Posposti aktar partiti skedati mill-Kampjonat BOV Premier

(Ritratt: mfa.com.mt)

L-MFA ħabbret li xi logħob skedati fid-dati bejn il-15 u 17 ta Jannar se jkunu posposti minħabba il-coronavirus. Il-logħob li jinvolvu lit-timijiet ta’ Gudja United, Lija Athletic u Valletta F.C. ġew posposti għal dati li se jitħabbru iktar ‘il quddiem.

Dawn il-klabbs diġa kellhom żewġ partiti posposti skond il-protocol tal-MFA b’rabta mal-coronvirus minħabba li plejers u membri tal-istaff ta’ Gudja United, Lija Athletic u Valletta F.C. kienu f’kwarantina mandatorja

B’hekk il-partiti posposti huma:

Senglea Athlectic v Lija Athletic, Gudja United v Mosta, Birkirkara vs Valletta

L-MFA ħabbret ukoll tibdil f’dawn il-partiti: Il-Ġimgħa 15 ta’ Jannar: Centenary Stadium: Sirens vs Ħamrun Spartans Santa Il-Ħadd 17 ta’ Jannar: Stadium Nazzjonali: Santa Luċia vs Żejtun Corinthians