Lokali

Posposti l-Laqgħat Ġenerali Annwali tal-PN fil-lokalitajiet

Il-Laqgħat Ġenerali Annwali tal-Kumitati Sezzjonali tal-Partit Nazzjonalista li kienu skedati għall-ġimgħa d-dieħla ġew posposti minħabba li n-numri ta’ każi tal-COVID-19 komplew jiżdiedu fl-aħħar sigħat.

Michael Piccinino, is-Segretarju Ezekuttiv Organizzattiv tal-PN, ikkonferma ma’ Net News li l-laqgħat li kienu skedati li jsiru bejn it-Tnejn 11 ta’ Jannar u l-Ħadd 17 ta’ Jannar issa ġew posposti għal data oħra li se tkun komunikata fil-ġimgħat li ġejjin. Din id-deċiżjoni ttieħdet b’sens ta’ responsabbiltà’ lejn is-saħħa ta’ kullħadd.

Intant, jidher li s’issa l-Laqgħat Ġenerali li huma skedati għal wara s-17 ta’ Jannar għadhom ħa jsiru però dan jista’ jinbidel jekk is-sitwazzjoni tal-imxija fil-pajjiż tkompli tkun waħda serja.