Żejtun C…………………………3
Tarxien R………………………..1
Żejtun C.: C.Cassar, D.Albanese (G.Bugeja 55’), A.Carabott (J.Suda 72’) L.Moreira, D.Reid, T.Bonfim, C.Grech, S.Barboza (D. Agius 90’), V.Vieira, N.Tabone, A.De Barros
Tarxien R.: D.Fernandes, C.Conceincao, B.Muscat, E.Zarate, D.Zaerafa, D.Falzon, V.Plut, J.Debono, E.Rosado, H.Ferreira (K. Gatt 77’), E.Ssekisambu
Referee: A. Scriha
Assistenti referees: J. Spiteri, D. Spencer
L-ewwel azzjoni denja ta’ nota għal Tarxien waslet fir-raba’ minuta meta minn cross ta’ Darren Falzon Vito Plut ra ix-xutt tiegħu salvat tajjeb minn Fernandes. Żejtun Corinthians jiftħu l-iskor fit-22 minuta permezz ta’ azzjoni personali ta’ KEMAR REID li wara li qabeż numru ta’plejers ta’ Tarxien ikkonkuda fil-baxx minn tarfa il-kaxxa biex ghamel l-iskor 1-0. Żejtun reġgħu kienu viċin il-gowl fil-31 minuta permezz ta’ xutt angolat ta’ Vieira li għadda ftit barra. Tarxien kienu viċin li jġibu l-iskor indaqs ftit minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima meta Cassar salvat l-ewwel tentattiv ta’ Vito Plut biex Ssekisambu kien l-ewwel fuq il-ballun iżda tefgħa għoli minn pożizzjoni komda.
Fit-tieni taqsima iż-żewg timijiet ħarġu jfittxu il-gowl u fis-57 minuta Żejtun irdoppjaw meta wara azzjoni maħduma tajba fuq il-lemin minn cross ta Reid VIEIRA laħaq qabel id-difensur u skorja it-tieni gowl għal Żejtun. L-istess Żejtun baqgħu jagħfsu għat-tielet gowl u fis-67 minuta xutt mid-distanza ta’ Barboza għadda jħakkek minn mal-lasta. Tarxien naqsu l-iskor fit-78 minuta meta minn cross minfuq il-lemin kien is-sostitut KYLE GATT li kkonkluda fis-saqaf tax-xibka. Iżda Żejtun, aċċertaw mit-tliet punti fis-86 minuta meta minn kontra attakk veloċi kien Reid li qassam lejn id-debuttant SERGIO BARBOZA li kkonkluda biex ta’ rebħa ta’ 3-1 lit-tim tiegħu.
//= $special ?>