Lokali

Sewwieq ta’ mutur sofra feriti gravi wara ħabta f’Santa Venera

Sewwieq ta’ mutur ta’ 56 sena sofri feriti gravi wara ħabta li seħħet għall-ħabta tat-2.40 ta’ wara nofsinhar fi Triq Marsa Ħamrun bypass, Santa Venera.

Minnufih fuq il-post issejħu membri tal-Pulizija fejn mill-ewwel investigazzjonijiet li saru jidher li kienet seħħet ħabta bejn mutur misjuq mir-raġel u karozza misjuqa minn mara ta’ 47 sena li tgħix Ħal Għaxaq.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei fejn tawh l-ewwel għajnuna fuq il-post, filwaqt li ambulanza ħaditu l-isptar għal iktar kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.