Lokali

191 każ ieħor u żewġ vittmi oħra f’24 siegħa

Tkompli x-xejra ta’ numri għoljin ta’ każi ġodda kuljum, hekk kif fl-aħħar 24 siegħa, f’pajjiżna. ġew irreġistrati 191 każ ġdid.

Fl-aħħar sebat ijiem pajjiżna kellu 1,058 każ ġdid, u l-każi attivi reġgħu qabżu l-elfejn biex issa huma 2,047.

Fl-istess perjodu Malta tilfet żewġ ħajjiet oħra kawża tal-pandemija biex issa n-numru ta’ vittmi tela’ għal 230. L-aħħar vittmi huma żewġ nisa, waħda ta’ 77 u l-oħra ta’ 84 sena .

Bejn ilbieraħ u llum fiequ 77 persuna.

Intant fl-aħħar ġimgħa kienu rreġistrati wkoll xi każi ġodda fost il-kommunitajiet tal-immigranti f’pajjiżna.