Edukazzjoni Lokali

Ebda żblokk fis-sitwazzjoni tal-iskejjel..iżda mistennija żviluppi

Il-President tal-MUT Marco Bonnici qed jittama li fis-sigħat li ġejjin ikun hemm żblokk fis-sitwazzjoni relatata mal-ftuħ tal-iskejjel. Dan wara li l-laqgħa ta’ dalgħodu ma kinitx konklussiva.

L-MUT qed tgħid li wara d-diskussjonijiet interni se tkun qed tindika l-pożizzjoni tagħha, b’Marco Bonnici jgħid li qed jistenna ftehim fis-sigħat li ġejjin.

“Qed nittama li jkun hemm pożizzjoni komuni”, stqarr il-President tal-MUT.