Internazzjonali

BRISBANE: Lockdown ta’ tlett ijiem wara każ wieħed tal-varjant ġdid

Il-belt Awstraljana ta’ Brisbane se tmur għal lockdown ta’ tlett ijiem wara li kien irreġistrat każ wieħed tal-varjant il-ġdid tar-Renju Unit.

Din il-belt irreġistrat ftit każi tal-virus mill-bidu tal-pandemija iżda malli feġġ dan il-każ f’ħaddiema f’lukanda, mal-ewwel tħabbar dan il-lockdown.

Dan huwa l-ewwel każ magħruf tal-varjant fil-komunità Awstraljana u l-lockdown se jaffettwa ħames żoni b’popolazzjoni kbira fil-kapitali ta’ Queensland.

Kienet il-mexxejja ta’ Queensland Annastascia Palaszczuk inffisha li ħabbret dan il-lockdown sittax-il siegħa wara li l-ħaddiema tal-lukanda ttestjat pożittiv. Hi qalet li tlett ijiem lockdown jistgħu jevitaw lockdown ta’ tletin jum aktar ‘il quddiem, u li ħadd ma jrid jara dak li qed jiġri fir-Renju Unit u pajjiżi oħra iseħħ ukoll fi Queensland.

Ikkummenta