L-eks Ministru Laburista, illum Chairman tal-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu, Gavin Gulia, illum xeħet in-nomina tiegħu fl-elezzjoni każwali għas-siġġu battal fis-7 Distrett elettorali wara r-riżenja ta’ Edward Scicluna mill-Parlament.
Gulia hu t-tieni kandidat li tefa’ in-nomina tiegħu wara l-eks Sindku Laburista tar-Rabat Charles Azzopardi.
L-għadd tal-voti se jsir it-Tlieta 12 ta’ Jannar fiċ-Ċentru tal-għadd tal-voti fin-Naxxar.
//= $special ?>