Lokali

Gavin Gulia jixħet in-nomina għall-elezzjoni każwali fis-7 Distrett

L-eks Ministru Laburista, illum Chairman tal-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu, Gavin Gulia, illum xeħet in-nomina tiegħu fl-elezzjoni każwali għas-siġġu battal fis-7 Distrett elettorali wara r-riżenja ta’ Edward Scicluna mill-Parlament.

Gulia hu t-tieni kandidat li tefa’ in-nomina tiegħu wara l-eks Sindku Laburista tar-Rabat Charles Azzopardi.

L-għadd tal-voti se jsir it-Tlieta 12 ta’ Jannar fiċ-Ċentru tal-għadd tal-voti fin-Naxxar.

Ikkummenta