Coronavirus Edukazzjoni Lokali

Ikkonfermata l-eżistenza ta’ komunikazzjoni mill-awtoritajiet tas-saħħa lill-Gvern biex ma jiftaħx l-iskejjel – MUT

Il-Union tal-għalliema, l-MUT qalet li matul il-laqgħa li saret ilbiereħ ġiet ikkonfermata li teżisti komunikazzjoni, mibgħuta minn uffiċjal għoli fl-awtorità tas-saħħa, dwar il-pożizzjoni tal-ftuħ tal-iskejjel.

Il-Union qalet li dan kien ikkonfermat fil-preżenza tar-rappreżentanti tal-iskejjel tal-knisja u rappreżentanti tal-iskejjel indipendenti li wkoll attendew din il-laqgħa.

Din il-konferma issa wasslet sabiex saret talba lill-gvern biex issir analiżi u preżentazzjoni mill-awtoritajiet tas-saħħa dwar il-kontenut ta’ din il-komunikazzjoni u biex l-MUT, ir-rappreżentanti tal-iskejjel tal-knisja u dawk tal-iskejjel indipendenti jkun preżenti għa din il-preżentazzjoni.

Intalbet ukoll il-preżenza ta’ Vincent Marmarà bħala espert, sabiex jagħti analiżi oġġettiva tas-sitwazzjoni tal-pandemija hekk kif ser tiġi ippreżentata.

L-Erbgħa, l-MUT kienet talbet lill-Gvern biex it-tagħlim jibda online fl-ewwel jiem tat-tieni term…wara li ġiet mgħarrfa li l-Gvern kien ingħata pariri minn esperti tas-saħħa biex ma jiftaħx l-iskejjel fiżikament… iżda sal-lum il-Gvern qed iwebbes rasu u qed jiftaħ.. minkejja strajk ta’ jumejn ordnat mill-union.

Ikkummenta