Coronavirus Ekonomija Lokali

Ikompli jiżdied il-qgħad f’pajjiżna hekk kif qed jibqa’ jinħass l-effett tal-pandemija

Ċifri uffiċjali maħruġa mill-Eurostat jikkonferma li n-nies bla xogħol f’pajjiżna komplew jiżdiedu. Dan meta wieħed iħares lejn l-aħħar statistika li tirreferi għal Novembru li għadda.

Fil-fatt, meta wieħed iqabbel sena b’sena – Novembru 2019 ma’ Novembru 2020 – iż-żieda fil-qgħad kienet ta’ 3,000 persuna.

Skont il-Eurostat, l-ammont ta’ nies bla xogħol issa qiegħed fil-livell ta’ 13,000 persuna. Dan ifisser ukoll żieda fuq iċ-ċifri tas-Sajf. Fil-fatt, minn rata ta’ 4.5% il-persuni bla xogħol f’Malta u Għawdex żdiedu għal 4.8%.

Din l-istatistika Ewropea twaqqa’ d-diskors politiku li ilu ġimgħat sħaħ jirrepeti l-Prim Ministru Robert Abela meta baqa’ jiftaħar li qed jonqos il-qgħad.