Il-Pulizija ressqet b’arrest fil-Qorti t’Għawdex lil raġel ta’ 40 sena residenti r-Rabat quddiem il-Maġistrat Bridgette
Sultana.
Hu ġie akkużat li nhar it-3 ta’ Jannar għall-ħabta tat-8.30pm, u matul il-ġranet ta’ qabel, waqt li kien fir-Rabat, Għawdex, għamel użu mhux
xieraq b’apparat ta’ telekomunikazzjoni, ikkaġuna biża’ li ser tintuża vjolenza kontra persuna, ta fastidju u kiser waħda mill-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest imposti fuqu mill-Qorti.
Il-raġel ġie akkużat ukoll li llum stess waqt li kien qiegħed fil-binja tal-Qorti, Għawdex, hedded u ikkaġuna ġrieħi ta’ natura ħafifa fuq persuna, u li kiser il-paċi pubblika.
L-imputat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu u nżamm taħt arrest.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.