Ir-Renju Unit għadu kemm approva l-vaċċin tal-Moderna li hu t-tielet vaċċin prodott minn kumpaniji diversi li se jintuża fil-ġlieda kontra l-pandemija tal-Covid-19 f’dan il-pajjiż.
Il-vaċċin tal-Moderna għandu effettività ta’ 94 fil-mija bħala tilqima għal kontra l-virus u issa ġie kkonfermat li r-Renju Unit ordna total ta’ 17-il miljun doża.
It-tilqima bil-vaċċin tal-Moderna se tibda tingħata fir-rebbiegħa f’dan il-pajjiż. Dan meta r-Renju Unit diġà laqqam mal-1.5 miljun persuna bit-tilqim tal-Pfizer u Oxford-AstraZeneca.
//= $special ?>