Mil-lejla jingħata bidu għat-tielet rawnd tal-FA Cup fejn minn dan ir-rawnd jidħlu t-timijiet tal-Premier league. L-aktar partiti li jispikkaw f’dan ir-rawnd huma dawk bejn it-timijiet tal-Premier League fejn Aston Villa jilqgħu lil Liverpool, b’din il-partita tkun posposta wara għadd ta’ każijiet ta’ coronavirus fit-tim ta’ Aston Villa filwaqt li Arsenal jilgħabu kontra Newcastle.
Manchester United jilgħabu kontra t-tim miċ-Championship Watford filwaqt li Chelsea jilgħabu f’darhom kontra Morecambe, b’ċans għal kowċ Frank Lampard li jserraħ xi plejers hekk kif se jilgħabu kontra avversarji ferm anqas kwotati minnhom. L-istess jista’ jagħmel Jose Mourinho meta t-tim tiegħu Tottenham jilgħab kontra Marine minn Merseyside
Partita oħra bejn żewġ timijiet mill-Premier League tkun dik bejn Wolves u Crystal Palace.
FA CUP – IT-TIELET RAWND
Illejla: Aston Villa v Liverpool posp., Wolves v C. Palace 8.45pm Għada: Boreham v Milwall 1.00pm, Everton v Rotherham 1.00pm, Luton v Reading 1.00pm, Norwich v Coventry 1.00pm, Nott. Forest v Cardiff 1.00pm, Chorley v Derby 1.15pm, Blackburn v Doncaster 4.00pm, Blackpool v WBA 4.00pm, Bristol R. v Sheff. Utd 4.00pm, Burnley v MK Dons 4.00pm, Exeter v Sheff. Wed. 4.00pm, Oldham v B’mouth 4.00pm, QPR v Fulham 4.00pm, Stevenage v Swansea 4.00pm, Stoke v Leicester 4.00pm, Wycombe v Preston 4.00pm, Arsenal v Newcastle 6.30pm, Brentford v M’Boro 7.00pm, Huddersfield v Plymouth 7.00pm, Man Utd v Watford 9.00pm, So’ton v Shrewsbury posp. Il-Ħadd: Barnsley v Tranmere 2.30pm, Bristol v Portsmouth 2.30pm, Chelsea v Morecambe 2.30pm, Cheltenham v Mansfield 2.30pm, Crawley v Leeds 2.30pm, Man City v B’mingham 2.30pm, Marine v Tottenham 6.00pm, Newport v Brighton 8.45pm It-Tnejn: Stockport v West Ham 9.00pm