Lokali

Karozza taqa’ l-baħar; is-sewwieq jgħum lura għax-xatt

Sewwieq ta’ karozza rnexxielu jgħum lura lejn ix-xatt wara li għal xi raġuni l-karozza li kien fiha spiċċat fil-baħar.

L-inċident seħħ ftit tal-ħin ilu fiċ-Ċirkewwa, anke kif irrappurtat fuq Facebook.

Fil-post hemm diversi uffiċjali tal-Pulizija, u s-sewwieq ittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura. Sa issa l-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.

Aktar dettalji malli jidħlulna.