Edukazzjoni Lokali

“L-għaqda biss tista’ tkun ta’ garanzija għal saħħitna” – UPE Voice of the Workers

“Qed nirriżervaw id-dritt li nsejħu azzjoni industrijali ġaladarba l-kundizzjonijiet tal-ftehim maqbul il-lejla b’xi mod jew ieħor jinkisru”.

Dan saħqitu l-UPE – Voice of the workers insistiet li ser tkun qed iżżomm attenzjoni partikolari dwar il-kontenut tal-ftehim u l-implimentazzjoni tiegħu u huwa biss meta l-ftehim ikun f’idejhom li ser tkun qed tilqgħu.

L-unjin spjegat li l-għaqda biss tista’ tkun ta’ garanzija għas-saħħa u s-sigurtà tal-edukaturi. Għaldaqstant il-UPE spjegat li ser tkun qed tiggarantixxi li l-membri tagħha jkunu informati bid-dettalji kollha tal-ftehim li ntlaħaq.