Fi stqarrija iebsa, l-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem (MEA) esprimiet id-diżappunt tagħha għall-kriżi li hemm fl-iskejjel bħalissa minħabba n-nuqqas ta’ pjanar u l-fatt li ma nstabitx soluzzjoni b’mod immedjat.
L-MEA tefgħet responsabbiltà ta’ dan kollu kemm fuq il-Gvern u anke l-MUT li sejjħu l-istrajk.
L-MEA qed tgħid li dan kollu huwa frott in-nuqqas ta’ djalogu. U f’dawn iċ-ċirkustanzi għandhom jitħarsu l-interessi tat-tfal, tal-għalliema, tal-ġenituri u tal-postijiet tax-xogħol fejn jaħdmu.
//= $special ?>