Lokali

Se jiftħu l-iskejjel…b’lista twila ta’ kundizzjonijiet wara l-pressjoni tal-MUT

L-għalliema se jkunu minn tal-ewwel li jingħataw il-vaċċin

L-MUT qablet li minn nhar it-Tnejn ikomplu l-lezzjonijiet fl-iskejjel wara li rabtet lill-Gvern b’lista ta’ kundizzjonijiet sabiex jiġu protetti l-istudenti u l-għalliema.

Fi stqarrija, tħabbar li l-proċedura ta’ contact tracing u implimentazzjoni tal-protokolli ser tkun imsaħħa. Dan apparti li l-proċedura ta’ ċertifikati tal-mard li jiġu ppreżentati fl-iskejjel ser titjieb.

L-istaff tal-iskejjel se jkunu ta’ prijorità fil-programm tal-implimentazzjoni tal-vaċċin hekk kif bħalissa t-tilqima qed tingħata lill-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa u lill-anzjani.

Il-partijiet involuti ser ikollhom aġġornament kull ġimgħa permezz ta’ ċifri aġġornati dwar l-effett tal-pandemija fl-iskejjel. Il-gvern u l-partijiet kollha qed jerġgħu jingħaqdu f’working group biex jiddiskutu u jirrevedu l-ħidma fil-pandemija b’mod kontinwu. 

Dawn il-kundizzjonijiet kollha inkisbu wara l-pressjoni qawwija li għamlet l-MUT, u jumejn ta’ strajk mill-għalliema.