Lokali

800 sena mill-mewt ta’ San Duminku

Is-sena 2021 hi sena pjuttost importanti għall-Ordni tad-Dumnikani hekk kif din is-sena qed ikun iċċelebrart it-8 ċentinarju mill-mewt ta’ San Duminku.

Għal din l-okkażjoni l-Patrijiet Dumnikani fil-Birgu pjanaw ġimgħa ta’ attivitajiet, fejn fost l-oħrajn laqgħu s-sena l-ġdida b’quddiesa li saret f’nofisllejl, filwaqt li ċ-ċelebrazzjonijiet komplew fuq barra tal-Knisja tal-Lunzjata.

Net News tkellem mal-Pirjol Aaron Zahra li sepjegalna xi jfisser għalihom dan iċ-ċentinarju.

Għal dan iċ-ċentinarju, il-Knisja tal-Lunzjata libset il-libsa tal-festa bid-damask aħmar filwaqt li l-istatwa ta’ San Duminku nħarġet minn niċċa u ħadet postha fiċ-ċentru tal-Knisja.

Il-mużika bl-isem ta’ ‘Bħal Fjamma Nar’, saret apposta għal din l-okkażjoni. Ġie ppubblikat ukoll ktieb dwar l-istorja ta’ San Duminku immirat għat-tfal iż-żgħar.

Zahra kompla jgħidilna fhix kienu jikkonsisti dawn l-aħħar jiem.

Il-qofol tal-festi ċentinarji se jintlaħqu il-Ħadd fid-9.30 ta’ filgħodu fejn wara l-Pontifikal, il-Kardinal Mario Grech se jixgħel il-musbieħ taċ-Ċentinarju, li se jibqa’ mixgħul matul is-sena kollha.

Iktar tard, fis-7 ta’ filgħaxija ssir Akkademja Mużikali, imtellgħa mill-Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own fil-Knisja tal-Lunzjata, li fiha ser jindaqq għall-ewwel darba l-innu taċ-ċentinarju bl-isem ta’ ‘Sebħ il-ġmiel ta’ Kalaroga’.

Imbagħad, fl-aħħar ġimgħa t’Awwissu, fil-festa ddedikata lil San Duminku, f’pajjiżna mistennija li tasal relikwa tal-qaddis innifsu.

Ritratti: Matthew Tabone