Lokali Qorti

Akkużata b’sensiela ta’ serqiet

Mara ta’ 29 sena mill-Wardija nżammet arrestata wara li affaċjat akkużi mill-Qorti li serqet il-flus u anke mobiles fejn qed ikun allegat li għamlet dan fid-dawl tal-vizzju tad-droga.

Kim Borg dehret il-Qorti mal-ġenituri tagħha quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia s-Sibt filgħodu b’akkużi ta’ serq aggravat, frodi u reċidività.

Is-serq sar minn vetturi pparkjati u anke minn supermarket u residenta, li kollha jinsabu fil-Gżira.

Il-mara, permezz tal-avukat tagħha, Martin Fenech, wieġbet mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontriha u talbet għall-ħelsien mill-arrest. Il-Qorti ċaħdet din it-talba.