Futbol Sport

Arsenal jibdew jiddefendu t-titlu b’rebħa

(Ritratt: EPA)

Arsenal ukoll kellhom jitħabtu ferm biex jeliminaw lil Newcastle United fil-konfront ‘all-Premier’ tal-kompetizzjoni li ntlagħbet tard fl-Emirates Stadium. Fl-aħħarnett, gowls skurjati fil-ħin barrani minn Emile Smith Rowe u Pierre Emerick Aubameyang aċċertaw il-kwalifikazzjoni għat-tim ta’ Mikel Arteta — bil-Gunners ikomplu t-tradizzjoni pożittiva f’din il-fażi tat-tazza meta sofrew biss eliminazzjoni waħda fit-tielet rawnd tal-FA Cup tul dawn l-aħħar 24 staġuni.

It-tim tan-non league, Chorley, għaddew għar-raba’ rawnd tal-FA Cup għall-ewwel darba fl-istorja tagħhom meta eliminaw lil Derby County, 2-0, f’logħba li se tibqa’ memorabbli għal ħafna raġunijiet. Intant, l-avversarji miċ-Championship tal-Ingilterra kellhom jinżlu għal din il-logħba mingħajr l-ewwel ħdax-il plejer regolari, minħabba l-effetti tal-pandemija tal-Covid-19 li laqat bil-kbir lill-klabb tal-Midlands – tant li lanqas ma kien preżenti il-manager Wayne Rooney. Fil-fatt, xejn anqas minn disa’ plejers kienu qed jiddebuttaw fis-senior team ta’ Derby u malajr sabnu ruħhom minn taħt meta Connor Hall xeħet ġewwa mill-viċin wara biss għaxar minuti. L-aħħar paġna maġika fl-istorja tat-tazza, intant, inkitbet sitt minuti mit-tmiem meta Mike Calveley (84) mattar siequ biex jixħet ġewwa l-cross ta’ Elliot Newby għat-2-0 finali. Qabel dan it-trijonf, Chorley – li jilgħabu fin-National League North – kienu għelbu lil Wigan ta’ League One fl-ewwel rawnd tal-FA Cup u, wara, rnexxielhiom jeliminaw lil Peterborough United, tim ieħor ta’ League One, mill-kompsetizzjoni. Intant, l-hekk-imsejħa ‘minnows’ issa qed jistennew bil-ħerqa għall-polza ta’ għada għar-raba u l-ħames rawnd tal-FA Cup fejn isiru jafu l-avversarji li jmiss.

Everton kellhom jitħabtu ħafna aktar milli mistenni u fl-aħħarnett kellu jkun gowl skurjat fl-extra time minn Abdoulaye Doucoure li elimina lil Rotherham United ( ta’ The Championship) f’logħba ferm missielta. It-Toffees marru fil-vantaġġ wara disa’ minuti minn Cenk Tosun, iżda Rotherham wettqu reazzjoni kbira u kisbu dro meritat minn Matthew Olosunde wara l-mistrieħ. Everton kellhom ‘gowl’ imħassar ta’ Tosun sekondi qabel tmiem il-ħin regolamentari, iżda fl-extra time, wasal il-mument deċiżiv meta s-sostitut, Doucoure, sab ir-rokna tax-xibka għall-gowl ta’ kwalifikazzjoni.

Intant, Blackpool ta’ League One, ħolqu sopriża kbira bl-eliminazzjoni ta’ West Bromwich Albion tal-Premier League, wara l-għoti tal-penalties. It-Tangerines marru fil-vantaġġ minn Yates qabel il-mistrieħ, b’Ajayi jikseb parità fil-bidu tat-tieni taqsima. Fis-66 minuta, Madine reġa’ ta l-vantaġġ lil Blackpool iżda West Brom salvaw ir-riżultat minn penalty skurjat minn Matheus Costa Pereira għaxar minuti mit-tmiem. L-extra time intemm mingħajr gowls u, fl-għoti tal-penalties, kellu jkun l-istess Matheus Costa Pereira li tilef il-‘kick’ deċiżiv mill-ħdax-il metru. Leicester City għaddew mingħajr tbatija għar-rawnd li jmiss b’rebħa enfatika, barra minn darhom, fuq Stoke City ta’ The Championship.

Il-Foxes daħlu jistrieħu b’vantaġġ minimu grazzi għal Justin (34) u fit-tieni taqsima żiedu xejn anqas minn tliet gowls oħra minn Albrighton (59), Perez (79) u Barnes (81). Logħba eċċitanti kienet dik f’Easter Road bejn Bristol Rovers u Sheffield United, bil-Blades jieħdu r-raġun kontra t-tim ta’ League One f’konfront li produċa ħames gowls. Lys Mousset (6) fetaħ l-iskor għat-tim tal-Premier League. b’Kilgour jagħmilhom 1-1 għall-Pirates sal-mistrieħ.

Fit-tieni taqsima, Oliver Burke reġa’ poġġa lil Sheffield United fil-vantaġġ, b’ Max Ehmer jirristawra l-parità u bl-aħħar kelma tkun ta’ Jayden Bogle li, b’hekk, temm sekwenza diżastruża għall-Blades li kienu ilhom mill-11 ta’ Lulju mingħajr rebħa f’logħba kompetittiva. Burnley kienu f’xifer l-eliminazzjoni kontra MK Dons ta’ League One iżda rnexxielhom isalvaw dro fl-aħħar nifs biex jisfurzaw l-extra-time – u bil-Clarets imbagħad jgħaddu għar-rawnd li jmiss wara l-għoti tal-penalties. Il-veteran Cameron Jerome fetaħ l-iskor għal MK Dons wara nofs-siegħa u Burnley kellhom jistennew sad-94 minuta biex isalvaw it-‘tie’ u l-kwalifikazzjoni bil-gowl tad-dro (94) skurjat minn Matej Vydra. Fulham kien tim ieħor tal-Premier League li kellu jistenna l-extra time għall-kwalifikazzjoni mill-konfront ma’ Queens Park Rangers ta’ The Championship. Wara li r-riżultat spiċċa 0-0 fil-ħin regolamentari, il-Cottagers ibbukkjaw posthom fir-raba’ rawnd tal-FA Cup b’żewġ gowls fi spazju ta’ minuta minn De Cordova-Reid u Kebano.

FA CUP
Ilbieraħ:
Aston Villa v Liverpool 1-4, Wolves v C. Palace 1-0 Illum: Boreham v Milwall 0-2, Everton v Rotherham 2-1 et, Luton v Reading 1-0, Norwich v Coventry 2-0, Nott. Forest v Cardiff 1-0, Chorley v Derby 2-0, Blackburn v Doncaster 0-1, Blackpool v WBA 2-2 (3-2 pen), Bristol R. v Sheff. Utd 2-3, Burnley v MK Dons 1-1(4-3 pen), Exeter v Sheff. Wed. 0-2, Oldham v B’mouth 1-4, QPR v Fulham 0-2 et, Stevenage v Swansea 0-2, Stoke v Leicester 0-2, Wycombe v Preston 4-1, Arsenal v Newcastle 2-0, Brentford v M’Boro 2-1, Huddersfield v Plymouth 2-3, Man Utd v Watford 1-0, So’ton v Shrewsbury posp. Illum: Barnsley v Tranmere 2.30pm, Bristol v Portsmouth 2.30pm, Chelsea v Morecambe 2.30pm, Cheltenham v Mansfield 2.30pm, Crawley v Leeds 2.30pm, Man City v B’mingham 2.30pm, Marine v Tottenham 6.00pm, Newport v Brighton 8.45pm It-Tnejn: Stockport v West Ham 9.00pm