Balzan ………………..1
Sirens ………………….0
Balzan: V.Vranes, A.Loof, S.Arab, M.Duric, P.Fenech, S.Bezzina, M.Johnson, U.Ljubomirac, S.Dimic (S.Cipriott 77’), W.Gomes (M. Grima 90’), A.Andrejic (E. Effiong 87’)
Sirens: D.Cassar, R.Grech (T. Agius 85’), W.De Oliviera, R.Dos Anjos, H.Kone, W.Domoraud, J.Walker (M.Mifsud 84’), A.Borg, S.Tounkara, R.Scicluna
Referee: A.Johnson
Assistenti Referee: E.Spiteri, J.Muscat
Balzan irritornaw għar-rebħ wara numru ta’ partita meta fil-Hibernians Stadium għelbu lil Sirens 1-0. Din kienet l-ewwel rebħa fi ħdax il-partita għat-tim imexxi minn Mark Miller. Minn naħa ta’ Sirens, il-kowċ Giovanni Tedesco għadu qed ifittex l-ewwel rebħa tiegħu minn meta ġiet maħtur kowċ għat-tim minn San Pawl il-Baħar. L-ewwel azzjoni denja ta’ nota għal Balzan waslet fis-16 –il minuta meta wara pass tajjeb li nifed id-difiża kien Duric li xeħet għoli minn pożizzjoni faċli. Sirens irrispondew fis-37 minuta permezz ta’ xutt tad-debuttant Kone li għadda ftit għoli wara ġirja tajba minn bejn il-midfielders ta’ Balzan.
Fil-bidu tat-tieni taqsima Balzan jiftħu l-iskor bi ġmiel ta xutt mid-distanza ta’ MILAN DURIC li ma ta l-ebda ċans lil Cassar isalva. Sirens kienu viċin li jġibu id-draw fis-57 minuta meta wara kontrattakk tajjeb Samba Tounkara ikkonkluda għoli mil-lasta ta’ Vranes. Sirens komplew ifittxu l-gowl u fl-64 minuta minn corner fuq il-lemin il-gowlkiper Vranes ma żammx tajjeb bid-difiża ta’ Balzan ittajjar il-ballun min fuq il-linja u tbiegħed il-periklu. Sirens baqgħu jagħfsu u fil-85 minuta kienu viċin li jġibu draw hekk kif minn cross ta’ Tounkara, Hamed Kone naqas milli jolqot tajjeb il-ballun bid-difiża ta’ Balzan għal darb’oħra teħlisa ħafif. B’dan ir-riżultat Balzan laħqu lil-istess Sirens u liċ-champions Floriana hekk kif telgħu fil-11 –il post tal-klassifika b’16 –il punt filwaqt b’din it-telfa Sirens baqgħu mingħajr rebħa taħt il-kowċ Taljan Giovanni Tedesco.
//= $special ?>