Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: Jitilfu ħajjithom żewġ persuni oħra

Ikomplu jiżdiedu l-fatalitajiet kawża tal-COVID-19 hekk kif ftit tal-ħin ilu tħabbar li tilfu ħajjithom żewġ persuni oħra.

L-ewwel każ huwa ta’ raġel ta’ 85 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-7 ta’ Jannar. Huwa miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei. 

Fit-tieni każ mara ta’ 77 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva fit-3 ta’ Jannar, mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

B’hekk it-total ta’ fatalitatjiet issa jlaħħaq 232.