Lokali

Jaqa’ sular waqt xogħol f’sit ta’ kostruzzjoni

L-isptar ġenerali ta' Għawdex

Tuneżin ta’ 60 sena softa ġrieħi gravi wara li waqa’ madwar sular waqt li kien qed jaħdem f’sit ta’ kostruzzjoni fi Trejqet l-Għaxra ta’ Awwissu, San Lawrenz, Għawdex għall-ħabta tal-10.30 tas-Sibt filgħodu.

Fuq il-post issejħu membri tal-Pulizija u tim mediku biex jassistu lill-ħaddiem. Wara li ngħata l-ewwel għajnuna, hu ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għal iktar kura.

Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja.