Internazzjonali

Jisparixxi ajruplan tal-passiġġieri f’Jakarta

Madwar 62 persuna abbord

Ajruplan li fuqu kellu madwar 62 persuna abbord sparixxa minn fuq is-sistemi ftit wara li telaq mill-ajruport ta’ Jakarta, il-belt kapitali tal-Indonesja.

L-ajruplan, Boeing 737-500, telaq mill-ajruport fis-2.40 ta’ wara nofsinhar u kien fi triqtu lejn Pontianak. Mhux magħruf x’wassal għal dan l-għibien li seħħ is-Sibt madwar erba’ minuti wara t-tlugħ iżda jidher li ftit qabel l-ajruplan deher nieżel b’veloċità ta’ iktar minn 3,000 metru f’temp t’inqas minn minuta.

Bħalissa, il-Ministeru għat-Trasport tal-pajjiż ordna operazzjoni ta’ tiftix u salvataġġ.