Edukazzjoni Lokali

L-MUT tikkundanna “tattiċi ta’ biża’ u qerq”

Fi stqarrija l-MUT ċaħdet ir-rapporti li l-aħħar ftehim milħuq mal-Gvern affettwa l-awtonomija tal-iskejjel tal-Knisja u tal-Privat għaliex fil-laqgħat ipparteċipaw rappreżentanti taż-żewġ setturi.

L-MUT ċaħdet ukoll li din is-sitwazzjoni se taffettwa t-tagħlim onlajn, jew il-mudelli adottati mill-iskejjel rispettivi tal-knisja u indipendenti, u dan saħqu li dan għandu jiġi kkonfermat meta l-iskejjel jerġgħu jiftħu bl-istess mudelli adottati qabel il-perjodi tal-vaganzi.

L-istqarrija kompliet tgħid li l-MUT tiċħad ukoll kwalunkwe pretensjoni ta’ għemil ħażin fir-rigward ta’ proċeduri. Huma saħqu li segwew il-proċeduri kollha kif applikabbli mil-leġislazzjoni rispettiva. “Ma kien hemm l-ebda kontestazzjoni legali mill-gvern jew ħaddieħor.” L-MUT fakkret li minflok li l-membri ta’ union jistgħu jistrajkjaw biss skont il-leġislazzjoni peress li l-istrajk kien ordnat mill-union rikonoxxuta fis-settur. Il-Union tal-Għalliema kompliet tgħid li hija obbligata li tkopri l-edukaturi kollha li jsegwu azzjonijiet industrijali kif għamlet fil-jiem li għaddew.

Intant, l-MUT saħqet li għadha qed tissorvelja mill-qrib is-sitwazzjoni mal-awtoritajiet u se tkompli tappoġġja l-edukaturi u l-iskejjel biex jegħlbu d-diffikultajiet tal-pandemija, dan filwaqt li tieħu l-azzjonijiet kollha meħtieġa.