Atletika Sport

Luvo Manyonga sospiż mill-atletika

L-atleta tal-long jump, Luvo Manyonga ġie sospiża minn kull attività wara li allegatament kiser tliet regoli tad-doping f’perjodu ta’ 12-il xahar.

Manyonga li rebaħ il-midalja tal-fidda fl-Olimpjadi ta’ Rio fl-2016 jista’ jkun sospiż għal sentejn jekk jinstab ħati ta’ dawn l-akkużi. L-atleta ta’ 30 sena mill-Afrika t’ Isfel huwa l-favorit li jirbaħ il-midalja tad-deheb f’Tokjo fis-sajf li ġej wara li rebaħ il-Kampjonati tad-Dinja fl-2017 u l-Kampjonati tal-Commonwealth fl-2018.

Fl-2012, hu kien instab ħati li abbuża minn tip ta’ sustanza li hija projbita u kien sospiż għal 18-il xahar. Aktar kmieni din is-sena, Manyonga kien immutlat wara li nstab ħati ta’ sewqan waqt li kien fis-sakra kif ukoll talli kiser ir-regoli b’rabta mal-lockdown fl-Afrika t’ Isfel.