Lokali

Raġel iweġġa’ gravi wara li ntlaqat minn mutur

Raġel ta’ 37 sena sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.

L-inċident seħħ ilbieraħ fil-ħdax u nofs ta’ filgħaxija fi Triq Tas-Sliema, il-Gżira.

Mill-ewwel investigazzjoni rriżulta li raġel mill-Belarussja residenti l-Imsida, weġġa’ wara li ntlaqat minn mutur Kymco Agility, misjuq minn Serbjan ta’ 28 sena u li joqgħod Birkirkara.

L-irġiel ingħataw l-ewwel għajnuna minn tim mediku u wara, ir-raġel ta’ 37 sena ttieħed l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi. Is-sewwieq tal-mutur ittieħed għall-kura ġewwa Ċentru tas-Saħħa.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.