Futbol Sport

Titħabbar il-mewt ta’ Edmond Falzon

Edmond Falzon f'dan ir-ritratt jidher fl-isfond tal-gowlkiper David Cluett (Ritratt: Malta and International Football Collection)

Aktar kmieni illum ingħatat l-aħħar tislima fil-Knisja Parokkjali tal-Gżira lil Edmond Falzon fl-eta’ ta’ 56 sena, wara perjodu jiġġieled marda terminali.

Falzon kien wieħed mill-aqwa difensuri li fl-istaġun 1979/80 ta’ eta’ żgħira lagħab 11 –il partita ma’ Gżira United fil-kampjonat tat-tieni diviżjoni. Il-prestazzjonijiet tiegħu wassluh għal trasferiment ma’ Floriana F.C. fejn lagħab bejn l-1981 u l-1984 fejn iddebutta fit-8 ta’ Frar tal-1981 fit-telfa ta’ 2-0 kontra Valletta F.C.

Ma’ Floriana Falzon lagħab 42 partita u skorja żewġ gowls filwaqt li lagħab sitt partiti fl-F.A Trophy. Huwa kien ukoll membru mill-iskwadra li rebħet l-F.A. Trophy meta għelbu lil Senglea Athletic bl-iskor ta’ 2-1, biex rebħu l-aħħar unur mirbuħ fl-Empire Stadium tal-Gżira.

Falzon issieħeb lil Sliema Wanderers mingħand Floriana wara erba’ staġuni fejn iddebutta fis-6 ta’ Ottubru tal-1984, fid-draw ta’ 0-0 ma Ħamrun Spartans. Ma’ Sliema, huwa lagħab 24 paritita fi tliet staġuni fil-kampjonat fejn fihom skurja gowl wieħed biss. Falzon lagħab ukoll tliet partiti fl-F.A Trophy ma’ Sliema. Falzon kellu jtemm il-karriera tiegħu ħesrem meta soffra injury serja f’għajnejh.