Lokali

184 każ ġdid – il-każi attivi jaqbżu 2,300

Ikomplu telgħin il-każi attivi ta’ Covid f’pajjiżna hekk kif fl-aħħar sigħat kienu reġistrati 184 każ ġdid ta’ Coronavirus u persuna oħra tilfet ħajjitha.

Fuq il-paġna ta’ Facebook, il-Ministeru tas-Saħħa ippubblika wkoll li 82 persuna fiequ mill-virus. Jekk wieħed inaqqas dawn il-persuni kif ukoll ir-raġel ta’ 91 sena li miet kaġun tal-virus f’dawn l-aħħar sigħat, in-numru ta’ każi attivi issa tela’ għal 2,325 li jinkludi wkoll tliet immigranti li nstabu pożittivi għall-virus.

In-numru totali ta’ każi issa hu ta’ 14,396 filwaqt li 11,841 fiequ mill-virus.