Lokali

Abela jitkellem dwar is-sena tal-Covid u jgħid “What a Year!”

“Meta nħares lura lejn l-2020 ngħid …what a year!”.

Hekk stqarr il-Prim Ministru Robert Abela meta l-Ħadd filgħodu, f’ġimgħa rekord għall-każi tal-Covid f’pajjiżna, laqqa’ lill-partitarji Laburisti fil-Mellieħa.

Fid-diskors tiegħu l-Prim Ministru deher evidenti li kien għadu qed iħoss l-effett ta’ dak li ppubblikaw il-gazzetti l-Ħadd filgħodu, illi kkonfermaw kif hu qed inaqqas mill-popolarità fost in-nies. Tant hu hekk li hu stess qal li hemm ċeru “stħarriġ li jkollu l-kurrenti warajh”.

Quddiem il-partitarji tiegħu, il-Prim Ministru irrepeta l-farżijiet tiegħu “business as usual” u “irridu naħarbu niġru”. Għalkemm fl-ebda ħin ma wassal proposti jew viżjoni ta’ kif se jgħin b’mod prattiku biex jinżammu l-impjiegi f’diversi setturi – inkluż dak tal-gaming li fl-aħħar xhur ħa daqqa b’diversi sensji.