Coronavirus Lokali

COVID-19: Chris Ferane jgħid li l-mewġ hu għoli

Jindirizza attività politika fl-eqqel ta' żidiet rekord fin-numri tal-Coronavirus

Waqt id-diskors tiegħu fil-Mellieħa, id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne qatta’ ħin twil jitkellem dwar it-tempesti li pajjiżna qed jaffaċja kaġun tal-pandemija.

Bil-maskra milbusa l-ħin kollu, Fearne stqarr li Malta affaċjat urugan li ġie fuq kulħadd. U insista li wasal iż-żmien li nibżgħu għaż-żgħir, għaliex il-mewġ hu għoli.

Fearne tkellem dwar il-vouchers u qal li la jasal iż-żmien dawn se jkunu qed jitqassmu. “Se nkunu lesti bil-muscles preparati”, stqarr id-Deputat Prim Ministru.