Futbol Sport

Draw ta’ mingħajr gowls bejn Birkirkara u Santa Lucia

(Ritratt: Catriel Farrugia)

Santa Lucia ……………0

Birkirkara ……………..0

Santa Lucia: C.Farrugia, T.Tabone Desira, A.Prates, K.Correia, A.Magri Overand, L.Motta (G.De Araujo 63’), K.Ante Rosero, L.Filho, J.Zerafa, R.Tachikawa, K.Xuereb

Birkirkara: S.Guarnore, E.Pepe, Y.Yankam, L.Montebello (P.Caio 73’), P.Mbong, R.Briffa, F.Falcone (K.Zammit 82’), C.Attard, C.Bonanni, O.Carniello, A.De Paixao

Referee: M.Spiteri

Assistenti Referees: A.Camilleri, M.Ciantar

Santa Lucia waqqfu il-mixja pożittiva li kienu għaddejin minnha Birkirkara wara li rebħu l-aħħar żewġ logħbiet wara xulxin. Minn naħa l-oħra Santa Lucia ħadu draw ieħor wara li aktar kmieni din il-ġimgħa kisbu draw ta’ 1-1 ma’ Balzan.

L-ewwel azzjoni tal-partita waslet wara 21 sekonda meta Luke Montebello qassam lejn Paul Mbong li xxuttja b’saħħtu u impenja lil Christopher Farrugia kmieni fil-partita. Birkirkara reġgħu kienu viċin mumenti wara meta minn cross ta’ Cain Attard, Luke Montebello ra ix-xutt tiegħu jgħaddi għoli. Santa Lucia kkontrollaw tajjeb il-pressjoni inizjali ta’ Birkirkara u fil-35 minuta kellhom l-ewwel ċans ta’ gowl, meta Leandro Motta qassam lil Kieran Xuereb bix-xutt tiegħu jgħaddi barra.

Żewġ minuti wara l-mistrieħ Santa Lucia reġgħu kienu perikolużi meta wara ġirja tajba mal-linja xellugija tefa’ cross tajjeb, b’Leandro Motta jolqot tajjeb u jimpenja lil Guarnone. Birkikara marru l-aktar viċin il-gowl fit-53 minuta meta Paul Mbong qabeż lid-difensur f’tarf il-kaxxa bix-xutt bid-dawra tiegħu stampa mal-lasta. Ftit minuti wara Enrico Pepe ħareġ bil-ballun mid-difiża u wara li qabeż żewġ difenesuri ikkonkluda fil-lasta, bi Christopher Farrugia jsalva u jitfa f’corner. Fl-aħħar azzjoni tal-partita is-sostitut ta’ Birkirkara Prado Caio għadda lejn Yankam b’Farrugia jsava fuq il-konklużjoni ċentrali tiegħu. B’hekk Birkirkara baqgħu fis-sitt post tal-klassifika tal-Kampjonat BOV Premier b’25 punt u ħallew lil Santa Lucia warajhom fis-seba’ post bi-23 punt.