Luke Micallef
ĦAMRUN S…………………3
MOSTA………………………1
Ħamrun: E. Bartolo, D. Gojkovic, M. Guillaumier, J. Mbong (S. Lagzir 75’), J. Soares (D. Borg 88’), F. Sasere (I. Abdullahi Adeshina 86’), E. Serrano Valero, J. Corbalan, P. Dordevi, K. Micallef, E. Marcelina
Mosta: C. Mafoumbi, D. Debono (L. Portelli 68’), C. Ememe, J. Bezzina, C. Failla, T. Farrugia (N. Agius 83’), M. Muchardi, R. Morisco, Z. Brincat (D. Bonnici 68’), B. Kaljevic (T. Yokochi 72’), K. Tulimieri (G. Sciberras 46’)
Referee: Matthew De Gabriele
Assistenti Referees: Jurgen Spiteri, Duncan Spencer
Ħamrun telgħu waħedhom f’ras il-klassifika hekk kif b’għaxar plejers għelbu lit-tim ta’ Mosta. Fl-ewwel taqsima l-partita dehret bilanċjata ferm, iżda fit-tieni taqsima l-Ispartans urew is-superjorita’ tagħhom u ħadu l-logħba f’idejhom.
Il-bidu tal-partita kien kemxejn kwiet u mingħajr azzjonijiet perikolużi. Fl-ewwel azzjoni denja ta’ nota, it-tim immexxi minn Davor Filipovic mar minn fuq. Clayton Failla xeħet kross lejn Christ Ememe li għadda lejn BOJAN KALJEVIC u b’xutt mill-viċin għeleb lil Emmanuel Bartolo. Fit-33 minuta, daħla kerha b’żewġ saqajn minn Elkin Serrano Valero u Kevin Tulimieri wasslet sabiex Ħamrun komplew il-partita b’għaxar plejers b’Serrano Valero jkun imkeċċi. Ftit qabel tmiem l-ewwel taqsima, kross ta’ Karl Micallef minn tarf il-kaxxa lil AILTON JORGE SOARES li bir-ras, mill-viċin, ġab il-gowl tad-dro’ għall-Ispartans.
Ħamrun bdew it-tieni taqsima b’mod aktar agressiv. Fis-47 minuta, xutt b’saħħtu ta’ Joseph Mbong minn tarf il-kaxxa jistampa mal-lasta Mostija. Fil-50 minuta Soares daħal fil-kaxxa u x-xutt fil-baxx tiegħu sab lil Christoffer Mafoumbi attent u dawwar f’korner. Minuta wara l-Ħamruniżi marru minn fuq. Minn kross ta’ Emerson Marcelin, FRANKLIN SASERE xxuttja bil-ballun jaħbat mal-lasta l-wieqfa u spiċċa wara Mafoumbi. Fil-65 minuta waslet it-tieni tkeċċija tal-partita wara li Matias Muchardi qala’ t-tieni s-safra b’fowl fuq Soares. Fit-72 minuta Mbong laqat il-lasta l-mimduda minn cross-shot.
Minuta wara l-Ħamruniżi għamluhom tlieta.
Soares ġab lil FRANKLIN SASERE waħdu li prattikament f’lasta vojta xeħet wara Mafoumbi. It-tim immexxi minn Mark Buttigieg ikkontrolla sa tmiem il-partita biex ħadu dak li riedu mill-konfront.
//= $special ?>