Lokali

Il-Partit Nazzjonalista u Bernard Grech iżidu l-appoġġ

  • L-aqwa riżultat fl-istħarriġ għall-PN mill-2017
  • Bernard Grech iżid 5% fl-appoġġ, Robert Abela inaqqas bl-istess ammont
  • Il-PN igawdi l-iktar appoġġ fost votanti bejn 16-35 sena

Il-Partit Nazzjonalista kompla żied fl-appoġġ hekk kif ir-riżultati tal-aħħar stħarriġ magħmul mill-gazzetta MaltaToday jindika li dan hu l-aqwa riżultat miksub mill-2017.

L-istħarriġ, li sar matul din il-ġimgħa bejn it-Tnejn 4 ta’ Jannar u l-Ġimgħa 8 ta’ Jannar, juri wkoll l-aqwa riżultat miksub sa issa mill-Kap tal-PN Bernard Grech, li żied ħames punti perċentwali fl-appoġġ meta mqabbel mal-aħħar stħarriġ f’Diċembru.

Il-Kap tal-PN Bernard Grech iżid 5 punti perċentwali fl-appoġġ

Eżatt bil-kontra ta’ Robert Abela li tilef kważi ħames punti perċentwali fl-appoġġ. Dan hu l-agħar riżultat sa issa minn Abela minn meta kiseb it-tmexxija tal-Partit Laburista u tal-pajjiż ftit inqas minn sena ilu.

Il-Partit Nazzjonalista qed jirbaħ ukoll l-appoġġ fost il-votanti żagħżagħ fejn l-istħarriġ jindika li 32% tal-votanti bejn is-16 u l-35 sena jappoġġjaw lill-PN filwaqt li 29.6% jappoġġjaw lill-Partit Laburista.

Meta wieħed iqis kollox, il-PN jidher li kompla naqqas id-distakk minn mal-PL bi kważi 10,000 meta mqabbel mar-riżultat tal-elezzjoni ġenerali tal-2017.

Ikkummenta