Futbol Sport

Inter jonqsu milli jirbħu għat-tieni partita konsekuttiva

(Ritratt: EPA)

Inter kienu miżmuma fi draw ta’ 2-2 kontra Roma f’partita bejn żewġ timijiet li jinsabu fin-naħa ta’ fuq tal-klassifika. Kienu Roma li fetħu l-iskor wara 17-il minuta meta l-konklużjoni ta’ LORENZO PELLIEGRINI kienet devjata għal wara Handanovic. Fit-tieni taqsima Inter ħarġu fuq l-offensiva u rnexxielhom idawwru r-rizultat. L-ewwel kien MILAN SKRINIAR li fis-56 minuta ġab l-iskor indaqs biex seba’ minuti wara kien ACHRAF HAKIMI li għamel l-iskor 2-1. Roma rnexxielhom isalvaw il-partita ħames minuti mit-tmiem meta GIANLUCA MANCINI b’daqqa ta’ ras tajba għamel l-iskor 2-2.

Juventus kisbu rebħa importanti ta’ 3-1 fuq Sassuolo. Sassuolo sfaw jilgħabu b’għaxar plejer ftit sekondi qabel tmiem l-ewwel taqsima meta tkeċċa Pedro Obiang. Juventus fetħu l-iskor fil-50 minuta permezz ta’ DANILO, iżda minkejja li bi plejer anqas, Sassuolo ġabu d-draw fit-58 minuta permezz ta’ GREGIORE DEFREL. Fit-82 minuta iżda kien l-eks Arsenal, AARON RAMSEY għamilhom 2-1 biex CRISTIANO RONALDO aċċerta mit-tliet punti lejn it-tmiem.

Gowl lejn it-tmiem ta’ Tiemoue Bakayoko ta’ tliet punti importanti lil Napoli kontra Udinese f’rebħa ta’ 2-1. LORENZO INSIGNE fetaħ l-iskor għal Napoli wara kwarta logħob permezz. KEVIN LASAGNA ġab id-draw għal Udinese fis-27 minuta biex fid-90 minuta, TIEMOUE BAKAYOKO b’daqqa ta’ ras għamilhom 2-1.

Żewġ gowls fit-tieni taqsima kienu biżejjed biex Lazio għelbu lil Parma 2-0. LUIS ALBERTO fetaħ l-iskor fil-55 minuta biex fis-67 minuta FELIPE CAICEDO għamilhom 2-0.

Gowl f’nofs it-tieni taqsima ta’ rebħa importanti lil Fiorentina fuq Cagliari. Il-gowl deċiżiv wasal fit-72 minuta permezz ta’ DUSAN VLAHOVIC.

SERIE A
Ilbieraħ
: Benevento v Atalanta 0-4, Genoa v Bologna 2-0, Milan v Torino 2-0 Illum: Roma v Inter 2-2, Verona v Crotone 2-1, Parma v Lazio 0-2, Udinese v Napoli 1-2, Fiorentina v Cagliari 1-0, Juventus v Sassuolo 3-1 Għada: Spezia v Sampdoria 8.45pm