Sport

L-isport fl-Edukazzjoni u Tara Vella Clark fi SPORT EXTRA

Il-programm numru 12 mis-serje SPORT EXTRA, it-tieni wieħed għas-sena 2021 ser jolqot żewġ aspetti differenti . Ir-rwol tal-isport fis-settur tal-edukazzjoni u l-ewwel suċċess ta’ ċertu livell fil-ġinnastika.

Fl-ewwel parti tal-programm Charles Camenzuli intervista lil Dr.Andrew Decelis, Direttur tal-Istitut ta’ Edukazzjoni Fiżika u Sport (IPES) fejn kien diskuss ir-rwoll tal-isport fil-qafas tal-edukazzjoni u l-programmi li IPES iħejji minn sena għal oħra.

Fit-tieni parti l-enfażi hija l-ġinnastika u dak li Tara Vella Clark, ġinnasta ta’ 14 il-sena wettqet fl-aħħar Kamponati tal-Ewropa tal-Ġinnastika li saru f’Mersin, Turkija. Intervista wkoll ma’ Nataliya Berehova Pantileeva kowċ fi ħdan Gym Stars li kienet wkoll il-kowċ ta’ Vella Clark f’Mersin.

SPORT EXTRA għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli b’muntaġġ tas-servizzi minn Samira Cachia Spiteri u filmati ta’ Joe Sultana.