Internazzjonali

Maltempata…u inżul ta’ borra eċċezzjonali fi Spanja

epa08930015 Volunteers help to clear the snow to make a path into Gregorio Maranon Hospital in the aftermath of Storm Filomena in Madrid, Spain, 10 January 2021. EPA-EFE/David Fernandez

Il-Maltempata mlaqqma ‘Filomena’ kkaġunat l-inżul ta’ borra straordinarja fi Spanja, bil-pajjiż jinsab fuq allert għal aktar maltemp fis-sigħat li ġejjin.

L-ivvjaġġar mill-art u l-ajru spiċċa mħarbat kompletament u l-Ministru tal-Intern, Fernando Grande-Marlaska , qal li l-pajjiż qed jiffaċċja ‘l-aktar maltemp intensiv għal dawn l-aħħar 50 sena’.

Il-kapitali Madrid kienet fost l-agħar zoni affettwati u fl-aħħar sigħat kien mistenni li tinżel mal-20 ċentimetru borra fl-inħawi.

L-elementi tal-maltemp anki kkaġunaw l-għargħar f’zoni lejn in-nofsinar ta’ Spanja.

Dan meta erbat imwiet kienu rappurtati b’riżultat ta’ ‘Filomena’. Tnejn mill-vittmi nstabu ffriżati fil-belt ta’ Zarzalejo u fil-belt ta’ Calatayud. Iż-żewġ vittmi l-oħra, li kienu qed jivvjaġġaw b’karozza, spiċċaw imkaxkrin mill-għargħar viċin il-belt ta’ Malaga.

L-ajruport ta’ Barajas, f’Madrid, ingħalaq, flimkien ma’ diversi toroq, waqt li tħassru s-servizzi bil-ferrovija lejn il-belt kapitali u lura.