Lokali

“Paġna Ġdida”…għall-PN u għal pajjiżna

Pagna Ġdida. Hi din it-tema li tnediet il-Ħadd filgħodu, hekk kif il-Kap tal-PN bernard Grech qed jimmarka l-100 jum tiegħu fit-tmexxija tal-PN.

It-tema qed tirrifletti Pagna Ġdida għall-PN wara ħafna xogħol ta’ tisħiħ u tiġdid fl-istrutturi interni tiegħu.

Paġna Ġdida għall-PN bi tfassil ta’ politika li tpoggi lill-bniedem fiċ-ċentru, biex jitkattar il-ġid u jitqassam b’mod gust bejn kulħadd.

Paġna ġdida anke għall-poplu wara xhur sħaħ ta’ sagrificcji.

Paġna Gdida għall-poplu li qed jara lill-PN b’sahhtu u aktar kredibbli – kif fil-fatt juru l-aħħar surveys indipendenti, ppubblikati fil-ġurnali: partit li bil-bidliet li qed jagħmel qed juri li lest imexxi l-pajjiż.

It-tema tirrifletti wkoll Pagna Gdida ghal pajjiżna wara snin li matulhom ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna ħadet daqqa ‘l isfel frott id-deċiżjonijiet ħżiena tat-tmexxija Laburista f’Kastilja – paġna ġdida għal pajjiżna bit-tama ta’ futur aħjar.