Futbol Sport

Punt kull wieħed għal Floriana u Żejtun

(Ritratt: Catriel Farrugia)

Floriana ………………………….0

Żejtun Corinthians ………….0

Floriana : E.Akpan, B.Muhamadou, E.Ruiz, D.Venancio, K.Keqi, D.Paiber, N.Garcia, A.Cini, M.Dias (S.Arab 89’), J.Busuttil (R.Camenzuli 75’), T.Fonseca

Żejtun Corinthians : C.Cassar, L.Morreira, D.Reid, T.Bonfim, C.Grech, S.Barboza (J.Suda 86’), V.Vieira, W.Catanio (A.Carabott 89’), E.Herrera, N.Tabone, A.De Barros

Referee: D.Agius

Assistenti Referees: P.Apap, T.Debono

Floriana kisbu l-ewwel punt taħt il-kowċ il-ġdid John Buttiġieġ bi draw ta’ 0-0 kontra Żejtun iżda komplew is-serje’ ta’ riżutati negattivi li ħallew it-tim Furjaniż mingħajr rebħa fl-aħħar erba’ logħbiet.

Min-naħa l-oħra għal-Żejtun dan id-draw ġie wara r-rebħa li kisbu aktar kmieni din il-ġimgħa kontra Tarxien. L-ewwel azzjoni denja ta’ nota għal Żejtun wasslet fid-disa’ minuta meta minn free kick f’tarf il-kaxxa kien Kemar Reid li ra lill-gowlkiper Etim Akpan isalva mingħajr diffikultà. Żejtun kienu għal darb’oħra perikolużi fit-23 minuta meta minn cross minn fuq il-lemin, Kemar Reid ra ix-xutt tiegħu salvat parzjalment, bil-ballun jaqa’ f’saqajn Barboza li ra it-tentattiv tiegħu salvat għal darb’oħra minn Akpan.

Bi Floriana kważi ineżistenti fil-partita, Żejtun baqgħu iżidu l-pressjoni u fid-29 minuta reġgħu resqu viċin il-gowl permezz ta’ Vieira li b’xutt fuq id-dawra reġa’ impenja lil Akpan li biegħed il-periklu. Iż-żewġ tiimijiet daħlu jistrieħu bl-iskor ta’ 0-0. Fit-tieni taqsima Żejtun komplew fejn ħallew fl-ewwel taqsima iżda Floriana baqgħu jiiddefendu tajjeb. It-tieni taqsima kienet ikkaraterizzata minn ħafna logħob f’nofs il-ground b’ nuqqas t’azzjonijiet perikolużi lejn il-lasti taż-żewġ timinjiet bil-partita tintemm bl-iskor ta’ 0-0. B’hekk Floriana baqgħu fil-11 –il post tal klassifika b’16 –il punt u ħallew lil Żejtun żewġ postijiet taħthom fit-13 –il post bi 15-il punt.